Advertisement
This event is in MalteseSan Ġwann tas-Salib huwa wieħed mill-figuri importanti tal-Kontro-Riforma Kattolika tas-seklu 16. Il-ħidma tiegħu tmur lil hinn minn riforma ekkleżjastika, u l-kitbiet tiegħu huma meqjusin bħala kapulavuri tal-letteratura mistika Spanjola.
Fl-okkażżjoni tat-300 sena mill-kanonizazzjoni tiegħu, din is-serata tiġbor fiha elementi letterarji, mużikali, storiċi, u fuq kollox spiritwali. Permezz ta’ traduzzjonijiet tax-xogħlijiet tiegħu bħall-Istrofi tal-Għanja bejn ir-Ruħ u l-Għarus (Patri Hugh A. Mallia, O.Carm), u l-ġabra Iċ-Ċerv Ukoll Midrub (Patri Charlo Camilleri, O.Carm & Glen Attard), din is-serata sejra tqarribkom lejn il-qawwa tal-vrus ta’ dan il-kittieb u teologu importanti.
Barra minn hekk ser ikun hemm għanjiet oriġinali, msejsa fuq il-poeżiji ta’ San Ġwann tas-Salib, mill-kantawtur żagħżugħ Mark Anthony Bartolo, li sejjer jinterpretahom billi jakkumpanja lilu nnifsu bil-kitarra. Din torbot mat-tradizzjoni Spanjola ta’ mużika popolari spiritwali (magħrufa bħala ‘villancicos’) li kienet importanti ħafna fit-tixrid tal-valuri tal-Kontro-Riforma Kattolika.
Dħul huwa b’xejn, iżda donazzjonijiet milqugħa.
Aċċess minn Triq l-Arċisqof.
Advertisement
Event venue
Knisja tal-Gizwiti, Triq il-Merkanti, Valletta, Malta
Tickets
Discover more events by tag
Music in VallettaPoetry in VallettaLiterary-art in VallettaPerforming-arts in VallettaHistory in VallettaArt in Valletta