About this Event
Xi ħadd daħal fil-Bottegin tax-Xorti u għamel ħerba sħiħa. X’kien qed ifittex u għal liema skop? Peress li taqra x-xorti, Madame Delphia forsi setgħet tiskopri min kien. Sfortunatament, spiċċat l-isptar mitlufa minn sensiha.
L-investigatur privat Irvin Vella lest biex jinvestiga l-każ. Però, se jkollu bżonn l-għajnuna tal-udjenza. Bis-saħħa tagħkom, Irvin ikun jista’ janalizza kull ħaġa li jiskopri u jintervista lil kull min seta’ kellu x’jaqsam ma’ din l-affari. Tistgħu tgħinuh isolvi l-każ? Tistgħu toqogħdu attenti għal kull ħaġa li taraw u taqbdu lil min għandu intenzjonijiet ħżiena fil-konfront tal-Bottegin tax-Xorti?
Dax-xow huwa parti mill-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Event venue & nearby stays
MFCC - Malta Fairs & Conventions Centre, The National Stadium, Attard, Malta