About this Event
Glenda dejjem trid taqbeż u tilgħab, imma missierha dejjem moħħu fil-mobile u ma tantx għandu ħin għaliha. Darba minnhom, in-Nanna tagħtiha rigal speċjali: magna antika tal-granita li ilha fil-familja tagħhom għal ħafna u ħafna snin. Din il-magna, mimlija dwal, ħsejjes u buttuni, tagħmel l-aqwa granita li Glenda qatt daqet. Però, għandha wkoll ħafna sigrieti… Sigrieti li kapaċi jbidlu l-ħajja ta’ Glenda, kif ukoll dik tal-familja tagħha mil-lejl għan-nhar. Lesti biex tiskopru l-misteri maġiċi tal-magna tal-granita flimkien ma’ Glenda?
Dawn ix-xows se jsiru bħala parti mill-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.
Event venue & nearby stays
MFCC - Malta Fairs & Conventions Centre, The National Stadium, Attard, Malta