Advertisement
Minn mindu mietet omm Ella, missierha tħawwad u dar għax-xorb. Meta Ella ħasbet li l-affarijiet ma setgħux imorru għall-agħar, missierha beda joħroġ ma’ mara oħra, li ġiet tgħix magħhom flimkien ma’ binha. F’daqqa waħda, Ella spiċċat issefter lil kulħadd, u l-unika persuna li tifhimha hija oħt ommha,iz-Zija Jeanella.
Ella lanqas biss għandha moħħ tmur għall-party tal-iskola. Però, bis-saħħa taz-Zija, tmur u tiltaqa’ ma’ Jake. Iżda, bħal Cinderella moderna, sakemm Ella tibqa’ tgħix f’dak l-ambjent ma’ dawk in-nies, ma tista’ qatt tkun tassew kuntenta.
Dax-xow teatrali nkiteb minn Angele Galea, u huwa bbażat fuq ir-rumanz għaż-żgħażagħ ‘Ella’ ta’ Rita Grech.
Il-bibien jiftħu nofs siegħa qabel ix-xow. Jekk jogħġbok ippreżenta l-kodiċi QR f’forma diġitali meta tasal it-Teatru.
Ix-xows se jsiru l-Erbgħa 4, is-Sibt 7, u l-Ħadd 8 ta' Novembru fis-6pm: https://www.eventbrite.com/e/xow-teatrali-ella-eta-12-16-tickets-2002502972296?aff=odcleoeventsincollection
Advertisement
Event venue
Malta Fairs & Conventions Centre (MFCC), Ta' Qali, Malta, Mffc Malta Fairs Convention Centre, Attard, ATD, Malta
Tickets