Laboratorju ta' Kitba: Il-Karattru tal-Karattri

Wed Oct 08 2025 at 06:00 pm to 08:00 pm UTC+02:00

Valletta Design Cluster | Valletta

Inizjamed
Publisher/HostInizjamed
Laboratorju ta' Kitba: Il-Karattru tal-Karattri
Advertisement
Dan il-laboratorju ta' kitba jistħarreġ kif jiġu ffurmati l-karattri fil-kuntest ta' storja. Jibda billi jħares lejn numru ta' karattri notorji fi stejjer magħrufa u janalizza l-kwalitajiet tagħhom. Ikompli billi jutilizza l-għodda tal-profili li permezz tagħha l-parteċipanti għandhom jibdew jibnu karattru b'saħħtu. X'jagħmel karattru b'saħħtu? X'nafu dwaru? X'se nikxfu u x'se naħbu? Dan il-laboratorju se jagħti l-qafas li permezz tiegħu l-parteċipanti jistgħu jkomplu jibnu karattri bi storja b'saħħitha lil hinn mis-sessjoni. Is-sessjoni se titmexxa bil-Malti.
Dan il-laboratorju bla ħlas qed jittella' bħala parti minn sensiela ta' erbgħa laboratorji marbuta mal-Commonwealth Short Story Prize (aktar tagħrif hawnhekk: https://ktieb.org.mt/news-en/announcing-the-nbcs-short-story-workshop-tour-aug-oct-2025/)
Irreġistra hawnhekk: https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSc3JiTPYMnmuhZU0ihOyQvCws5zJ2LvWmTNF3gxITqIS1uSFA/viewform?usp=sharing&ouid=103213512314085826509
Il-laboratorju ta' kitba se jitmexxa minn Leanne Ellul. Ellul tgħallem il-Malti u l-kitba kreattiva u tiggwida lill-istudenti fl-ewwel passi tagħhom fit-triq tal-kitba. Tikteb kemm poeżija kif ukoll proża. Fil-passat kitbet ukoll għat-teatru u għadha tikteb it-textbooks u kotba oħra għat-tfal. Traduċiet ukoll numru ta’ xogħlijiet għall-Malti. Il-poeżiji tagħha ġew ippubblikati f’adda, Asymptote, Modern Poetry in Translation, Columbia Journal, u Circumference, u tradotti għall-Għarbi, Kroat, Frisjan, Taljan, Grieg, u Sloven. Hija wkoll l-awtriċi ta’ żewġ rumanzi għaż-żgħażagħ, Gramma (2015) u be;n il-kmiem (2025). Ellul tifforma parti minn numru ta’ entitajiet li għandhom il-lingwa u l-kultura Maltija fil-qalba tagħhom, fosthom Inizjamed u Fondazzjoni HELA.
Disinn ta' Naomi Gatt.
Advertisement

Event Venue & Nearby Stays

Valletta Design Cluster, Valletta, Malta

Tickets

Sharing is Caring:

More Events in Valletta

1st Emergency & Prehospital Nursing e-Poster Presentations
Wed, 08 Oct at 07:00 pm 1st Emergency & Prehospital Nursing e-Poster Presentations

University of Malta - Valletta Campus

Love Struck | Premier
Wed, 08 Oct at 07:30 pm Love Struck | Premier

Spazju Kreattiv Cinema

Elena Gabrielle - Disturb The Vibe - Malta
Thu, 09 Oct at 08:00 pm Elena Gabrielle - Disturb The Vibe - Malta

Malta Society of Arts

FoodCulturalTravel - Cambodian Cooking Class
Fri, 10 Oct at 06:00 pm FoodCulturalTravel - Cambodian Cooking Class

Valletta Design Cluster Triq il-Gendus, Valletta, VLT, Malta

Wine in the city \ud83c\udf77
Fri, 10 Oct at 07:30 pm Wine in the city 🍷

Argotti Gardens, Floriana

Valletta is Happening!

Never miss your favorite happenings again!

Explore Valletta Events