Advertisement
B'kollaborazzjoni bejn il-voluntier Jenson Elsworth u l-assoċjazzjoni Vittoriosa Historical & Cultural Society ħa tiġi mwassla t-tieni Mixja Kulturali fil-Birgu. Din l-attività tinvolvi mixja qasira fit-toroq tal-Belt Vittoriosa fejn ħa jkollna s-Segretarju tal-assoċjazzjoni George Agius, jitkellem fuq l-istorja u l-kultura ta' beltna. Din se ssir bil-Malti.Nistidnukom tiġu għal dan it-tour informali bil-Malti li ħa jseħħ il-Ħadd, 16 ta' Frar, 2025 bejn l-10:00 u l-11:30 ta' filgħodu.
Jekk intom interessati tattendu dan it-tour, dan se jsir b'xejn. Tistgħu tibagħtu messaġġ lil Jenson Elsworth jew il-Vittoriosa Historical & Cultural Society fuq il-midja soċjali. Jekk se tagħmlu 'going' fuq il-paġna, nieħduha li se tattendi wkoll. Ħerqanin sabiex niltaqgħu magħkom u niddiskutu l-istorja tal-Birgu flimkien. Booking mhuwiex neċessarju iżda jkollna idea lil min għandna nistennew sabiex nibdew il-mixja qasira.
Narawkom ħdejn is-Suq tal-Ħut, viċin il-Mandraġġ tal-Birgu, triq il-Foss (fejn spiċċat l-ewwel mixja kulturali). Tistgħu ssegwu b'Google Maps u anke se nitfgħu ritratt fuq l-avveniment sabiex taraw fejn hu l-post.
Advertisement
Event Venue & Nearby Stays
Suq tal-Ħut (Triq il-Foss), Cospicua, Malta