Advertisement
Il-wirja ‘Tradiment u Vendetta: Il-konġura tal-iskjavi tal-1749 f'19-il tpinġija storika', se tkun l-isfond għal taħdita pubblika minn Prof. Andrew Azzopardi, li se tgħinna naħsbu dwar ir-relevanza ta’ din il-ġrajja unika u temi relatati. It-taħdita se tittella' fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu, nhar il-Ħamis 13 ta' Marzu fis-19:00.Il-wirja tipprovdi opportunità unika biex nifhmu kif il-mekkaniżmi ta’ esklużjoni – ibbażati fuq razza, kulur, twemmin u klassi, fost oħrajn – donnhom imnissla minn bżonn li npoġġu lil xulxin f'kaxex, għadhom iħallu impatt fuq is-soċjetà tagħna sal-lum il-ġurnata.
Il-Palazz tal-Inkwiżitur, li fih innifsu huwa simbolu ta’ storja kkumplikata, juri kif it-tradimenti u l-vendetti ġew riflessi mhux biss f’sitwazzjonijiet politiċi imma wkoll fil-kuntest kulturali u soċjali ta’ pajjiżna. U allura f’din it-taħdita pubblika se nistaqsu: x’sehem għandu dan l-ispazju f’dinja moderna li tipprietka inklussività iżda għadha tħabbat wiċċha ma’ sfidi ġodda ta’ esklużjoni? X’jagħmilna differenti? Id-differenza tista’ tgħix flimkien?
Din id-diskussjoni, li se ssir bil-Malti, se tgħaqqad perspettivi fuq kif narrattivi storiċi u wirjiet bħal ‘Tradiment u Vendetta’ jgħinu biex nifhmu aħjar ir-relazzjonijiet kumplessi bejn id-differenza u s-sens ta’ appartenenza. Bi ħsieb u riflessjoni, it-taħdita toffri għodda biex naraw aktar ċar id-dimensjonijiet soċjali, politiċi u kulturali tas-soċjetà tagħna.
Il-biljetti jiswew €5 u għandhom jinqatgħu minn qabel minn fuq https://heritagemalta.mt/store/e1645/ jew mill-mużewijiet u s-siti ta' Heritage Malta, minħabba li l-postijiet huma limitati.
Advertisement
Event Venue & Nearby Stays
Inquisitor's Palace - National Museum of Ethnography, Malta, Main Gate street ,Vittoriosa, Cospicua, Malta
Tickets