Advertisement
A national protest, Ġustizzja għal Artna: Irtirawhom Issa!, is being called for Saturday 4th October at 10am in response to the total assault on our environment and quality of life being pushed through under the guise of a planning “reform”.🚨 The need for action is urgent and dire. Government is intent on forcing through two planning bills and three legal notices that will dismantle existing safeguards, place serious obstacles to effective public appeals, and regularise all kinds of illegalities across the country.
If this legal package is approved, Malta and Gozo will be ruled entirely by the wishes of developers, while the common people will be left under siege from harmful development permitted without even today’s minimal regulatory controls and scrutiny.
This is a grave threat to our country, and only the people’s resistance can fend it off.
Our demands are:
1️⃣ The immediate withdrawal of the draft bills and legal notices. Consultation cannot take place on legislation that is fundamentally flawed, malicious in intent, and beyond repair.
2️⃣ The urgent introduction of a measure suspending works on developments approved by the Planning Authority while an appeal is ongoing, through an amendment to existing law.
3️⃣ The publication of a White Paper to launch a genuine consultation on the broader planning reforms Malta truly needs.
People will gather at the Law Courts at 10am and march to Castille, where speeches will take place.
🟠 The national protest is the first action announced as part of the Ġustizzja għal Artna campaign launched last week. Groups across Malta and Gozo, both formal and informal, are invited to join the protest and the campaign by emailing [email protected].
More information about the campaign and its demands can be found at www.gustizzjartna.org.
📝 BirdLife Malta | Din l-Art Ħelwa | Flimkien għal Ambjent Aħjar | Friends of the Earth Malta | Front Żgħażagħ għall-Ambjent | Għawdix | Moviment Graffitti | Nature Trust – FEE Malta | Ramblers Association | Wirt Għawdex
---------
Se ssir protesta nazzjonali, Ġustizzja għal Artna: Irtirawhom Issa!, nhar is-Sibt 4 ta’ Ottubru fl-10am bħala reazzjoni għall-attakk totali fuq l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja tagħna, li qed jiġi ppreżentat bħala taparsi “riforma” tal-ippjanar.
🚨 Il-ħtieġa għall-azzjoni hija urġenti u serja. Il-Gvern jinsab determinat li jmexxi ’l quddiem żewġ abbozzi ta’ liġi dwar l-ippjanar, u tliet avviżi legali, li se jeqirdu l-protezzjonijiet eżistenti, joħolqu ostakli serji għall-appelli effettivi mill-pubbliku, u jirregolarizzaw kull tip ta’ illegalitajiet madwar il-pajjiż.
Jekk dan il-pakkett legali jiġi approvat, Malta u Għawdex se jkunu mmexxija kompletament mir-rieda tal-iżviluppaturi, filwaqt li n-nies komuni jispiċċaw taħt assedju minn żvilupp ta’ ħsara li se jkun permess saħansitra mingħajr il-kontroll u l-iskrutinju minimu li jeżisti llum.
Din hija theddida gravi għal pajjiżna, u hija biss ir-reżistenza tal-poplu li tista’ twaqqafha.
It-talbiet tagħna huma:
1️⃣ L-irtirar immedjat tal-abbozzi ta' liġi u l-avviżi legali. Ma tistax issir konsultazzjoni dwar leġiżlazzjoni li hija fundamentalment difettuża, malizzjuża fl-intenzjoni tagħha, u li ma tistax tissewwa.
2️⃣ L-introduzzjoni urġenti ta’ miżura li tissospendi x-xogħlijiet ta’ żviluppi approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar waqt li jkun għaddej appell, permezz ta’ emenda għal-liġi eżistenti.
3️⃣ Il-pubblikazzjoni ta’ White Paper biex titnieda konsultazzjoni ġenwina dwar ir-riformi usa’ tal-ippjanar li Malta verament teħtieġ.
In-nies se jinġabru quddiem il-Qorti fl-10am u jimxu lejn Kastilja, fejn se jsiru xi diskorsi.
🟠 Il-protesta nazzjonali hija l-ewwel azzjoni mħabbra bħala parti mill-kampanja Ġustizzja għal Artna li ġiet imnedija l-ġimgħa li għaddiet. Gruppi madwar Malta u Għawdex, kemm formali kif ukoll informali, huma mistiedna jissieħbu fil-protesta u fil-kampanja billi jibagħtu email fuq [email protected].
Aktar tagħrif dwar il-kampanja u t-talbiet tagħha jinsab fuq www.gustizzjartna.org.
📝 BirdLife Malta | Din l-Art Ħelwa | Flimkien għal Ambjent Aħjar | Friends of the Earth Malta | Front Żgħażagħ għall-Ambjent | Għawdix | Moviment Graffitti | Nature Trust – FEE Malta | Ramblers Association | Wirt Għawdex
Advertisement
Event Venue & Nearby Stays
Law Courts, Republic Street,Valletta, Malta