Advertisement
Heritage Malta tistiednek għat-taħdita li jmiss fis-sensiela dwar l-Inkwiżizzjoni, ippreżentata mill-Professur Carmel Cassar, nhar il-Ħamis 14 ta’ Mejju 2026, fis-7.00pm fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu.Din id-darba se niffokaw fuq Monsinjur Pietro Dusina, Viżitatur Appostoliku f’Malta fl-1574–75, li organizza mill-ġdid it-Tribunal tal-Inkwiżizzjoni u saħħaħ il-kontroll fuq il-prattiki reliġjużi wara nuqqasijiet serji qablu. Permezz tal-ittri tiegħu lill-Kardinal Scipione Rebiba f’Ruma, Dusina rrakkonta l-isfidi li affaċċja, fosthom il-kunflitti mal-Isqof Royas, il-laxkezza morali fis-soċjetà u d-dixxiplina fqira fost il-kleru.
Huwa ħadem biex jirriforma l-kleru, isaħħaħ l-istruzzjoni reliġjuża, u jpoġġi l-Inkwiżizzjoni f’qafas ġdid allinjat mar-Riforma Kattolika, u emmen bis-sħiħ li tribunal b’saħħtu kien essenzjali biex jifforma s-soċjetà Maltija.
Il-postijiet huma limitati – erfa’ postok permezz ta’ donazzjoni ta’ €5 billi tidħol hawn jew billi tmur f’xi wieħed mill-mużewijiet u s-siti ta’ Heritage Malta.
Advertisement
Event Venue
Heritage Malta, Dawret Fra Giovanni Bichi, KKR 1280 Il-Kalkara, Malta, Heritage Malta, Kalkara, KKR, Malta, Valletta
Tickets
Concerts, fests, parties, meetups - all the happenings, one place.







