Advertisement
L-Università ta’ Malta tistiednek tieħu sehem f’diskussjoni:Il-borma qed tbaqbaq… U dalwaqt tfur!
Taħseb li fis-soċjetà Maltija l-mara għandha l-istess drittijiet bħar-raġel? In-nisa tassew jistgħu jgħidu li qed jgħixu f’sigurtà? Kemm hawn għarfien dwar il-qagħda tal-mara fis-sistema edukattiva tagħna, u kemm qiegħed il-qafas legali jipproteġi lill-mara kontra każijiet ta’ femiċidju u vjolenza domestika? Kemm għad hawn stejjer, forsi moħbija taħt it-tapit, li huwa wisq komdu għalina li ninjoraw? Forsi wasal iż-żmien li nħallu l-borma tbaqbaq u tfur!
Borma Tbaqbaq: Il-Lingwa tal-Kċina kienet rappreżentazzjoni teatrali femminista miktuba minn Valerie Buhagiar, Angele Galea u Pauline Fenech li esplorat dawn il-mistoqsijiet. Intom mistednin taraw xena qasira minn dan ix-xogħol teatrali fejn il-Mara l-Ħoxna u l-Istatwa l-Imwaqqgħa jqanqlu ċertu ħsibijiet dwar dawn it-temi biex wara, illkoll flimkien, inkunu nistgħu niddiskutuhom iktar fil-fond.
Data: 11 ta' Marzu 2026
Ħin: 1800
Post: Main Library, Periodicals Department, Level 1, UM Msida Campus
Irreġistra hawn: https://forms.gle/ZdQ317qmSvK4qxrq5
Advertisement
Event Venue
University of Malta, Tal-Qroqq, MSD2080 Msida, Malta, University of Malta, Msida, MSD, Malta
Tickets
Concerts, fests, parties, meetups - all the happenings, one place.







