Advertisement
Żjara u lecture fir-Rotunda tal-Mosta mmexxija mis-Sur Raymond Saliba fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mid-dikjarazzjoni tad-Domma tal-Assunta mill-Papa Piju XII fl-1 ta’ Novembru 1950. Din l-aħħar ‘Domma ta’ Fidi’, kienet marbuta ma’ wieħed mill-akbar kulti Marjani fid-dinja Nisranija , kif riflessa wkoll fil-gżejjer Maltin. Fl-1975, żewġ parroċċi, waħda f’Malta u l-oħra f’Għawdex, poġġew kuruna ta’ deheb fin fuq ras il-kwadru titulari tagħhom. Waħda minn dawn ix-xbiehat tinsab fil-knisja parrokkjali tal-Mosta, binja ikonika u popolari.
Se nżuru r-Rotunda tal-Mosta fejn mhux biss insiru nafu aktar dwar l-istorja tagħha, iżda wkoll dwar is-sinifikat tal-Inkonorazzjoni ta’ xbiehat sagri u Marjani. Tingħata wkoll sintesi tal-iżvilupp tad-Domma tal-Assunta li tagħha wkoll qed nagħmlu tifkira.
Wara jkun hemm ħin għal-kafe' u l-pastizzi.
Għar-reġistrazzjoni ċempel 21220660 jew 99471549, inkella email lil [email protected]
Advertisement
Event Venue & Nearby Stays
Rotunda of Mosta, Mosta, Malta