Ejja Nagħmlu Festa bil-Kantilena

Thu Apr 16 2026 at 06:00 pm to 08:00 pm UTC+02:00

Notarial Archives Foundation | Valletta

Notarial Archives Foundation
Publisher/HostNotarial Archives Foundation
Ejja Nag\u0127mlu Festa bil-Kantilena
Advertisement
Taħdita speċjali għall-anniversarju tal-iskrizzjoni tal-Kantilena fir-Reġistru tal-Memorja tad-Dinja tal-UNESCO.
About this Event

Kważi sena ilu, il-Kantilena ġiet iskritta fir-Reġistru tal-Memorja tad-Dinja tal-UNESCO, tragward importanti għall-wirt dokumentarju u għall-istorja tal-ilsien Malti.
Biex infakkru dan l-anniversarju, bi sħab mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, qed norganizzaw taħdita speċjali ddeddikata għal dan it-test straordinarju.
Titlu: Ejja nagħmlu festa bil-Kantilena
Kelliem: Dr Olvin Vella
Lingwa: Malti
Data: Il-Ħamis, 16 ta’ April
Ħin: 18:00
Post: L-Arkivju tar-Reġistri Nutarili, 217, Triq San Pawl, il-Belt Valletta
Taqsira:
Nitolbukom taqraw il-Kantilena minn qabel, jekk qatt ma qrajtuha. U mbagħad ħalluna nġorrukom aħna u nsemmu l-karigi politiċi fil-Medjuevu, kemm waqa' bini għax ma kinux jagħmlu t-testijiet tal-blat, x'erba' espressjonijiet kellhom, kemm il-kliem jibdel it-tifsira tiegħu, kemm il-ħoss tal-Malti kien ferm differenti minn tal-lum, u kemm daħqitilna xortina meta xi ħadd, forsi bi żball, illega manetta kważi vojta mal-bqija tal-manetti li kellhom il-kuntratti u t-testmenti.

Id-dħul huwa bla ħlas, iżda l-postijiet huma limitati. Reġistrazzjoni meħtieġa.

Għal dan l-anniversarju speċjali, ħejjejna numru limitat ta’ stampi tal-Kantilena ta’ daqs A3 (297 x 420 mm) fuq karta fotografika ta’ kwalità għolja, li jiġu f’tubu protettiv. Il-prezz huwa €75 u permezz ta’ dan il-kontribut wieħed ikun qed jgħin fil-ħarsien u l-preżervazzjoni tal-kollezzjoni tal-Arkivju tar-Reġistri Nutarili. Min jixtieq, jista’ jirriżerva stampa billi jikkuntattjana.


Informazzjoni oħra:

· Ladarba tirreġistra, m’hemmx bżonn tistampa l-biljett.

· Nitolbukom taslu ftit qabel. Hekk kif tibda t-taħdita, siġġijiet mhux okkupati se jingħataw lil min jattendi mingħajr prenotazzjoni.

· It-taħdita se tiġi fotografata u rrekordjata għal skopijiet ta’ dokumentazzjoni, arkivjar u midja.

· Il-lift bħalissa mhux qed jaħdem. Aċċess bit-taraġ biss (żewġ sulari).

Tista' tikkuntattjana fuq [email protected].

Advertisement

Event Venue & Nearby Stays

Notarial Archives Foundation, 217 Saint Paul Street, Valletta, Malta

Tickets

USD 0.00

Icon
Concerts, fests, parties, meetups - all the happenings, one place.

Ask AI if this event suits you:

More Events in Valletta

Father Mother Sister Brother
Wed, 15 Apr at 07:00 pm Father Mother Sister Brother

Spazju Kreattiv Cinema

To Hold Creation in a Sentence: Sanskrit & The Nature of Becoming
Thu, 16 Apr at 06:30 pm To Hold Creation in a Sentence: Sanskrit & The Nature of Becoming

Knisja tal-Gizwiti, Triq il-Merkanti, Valletta, Malta

Metamorphosis - Living, Dying and Rebirth
Thu, 16 Apr at 07:30 pm Metamorphosis - Living, Dying and Rebirth

Grand Hotel Excelsior Malta

Jen Kirwin - How to Raise a Narcissist
Thu, 16 Apr at 08:00 pm Jen Kirwin - How to Raise a Narcissist

Malta Society of Arts

Board Game Night - 17th April
Fri, 17 Apr at 07:00 pm Board Game Night - 17th April

Valletta Design Cluster

ECDAM'S 10 Year Anniversary Celebration
Sat, 18 Apr at 08:00 am ECDAM'S 10 Year Anniversary Celebration

Valletta Design Cluster

The Women of Maltese Photography
Sat, 18 Apr at 10:00 am The Women of Maltese Photography

Church of the Jesuits, Valletta

Valletta is Happening!

Never miss your favorite happenings again!

Explore Valletta Events