Advertisement
Ħarsa personali lejn l-attivita' tal-Ġimgħa Mqaddsa fit-tradizzjoni lokali.Ir-Randan, partikolarment matul il-Ġimgħa Mqaddsa, joffri attivita' liturġika u reliġjuża intensa u kulurita, fil-Gżejjer Maltin. Wara t-tbaħrit tal-Karnivall, permezz tal-Erbgħa tal-Irmied, in-nisrani jidħol xi ftit f'qoxortu u jipprepara lilu nnifsu għall-akbar ċelebrazzjonijiet tas-sena Liturġika, li jfakkru l-mewt u l-qawmien ta' Ġesu' Kristu. Dan hu perjodu mlewwen b'bosta tradizzjonijiet religjużi, devozzjonali u folkloristiċi, uħud simili għal postijiet oħra barranin, iżda oħrajn huma uniċi.
Permezz ta' żjarat f'Ħaż-Żebbuġ u l-Belt Valletta, tnejn mill-aktar postijiet bi tradizzjoni rikka b'rabta mal-Ġimgħa Mqaddsa, ser induqu mill-benna li jesprimi dan it-twemmin u t-tradizzjoni, kif jiġi iċċelebrat fil-knejjes, każini u fit-toroq. Nitkellmu dwar l-andament tal-funzjonijiet reliġjużi u kif jesprimu permezz tal-para liturġija, is-sentimenti profondament kristjani, daqskemm umani.
Għar-reġistrazzjoni ċempel 21220660, 99471549 jew email lil [email protected]
Advertisement
Event Venue & Nearby Stays
224, Palazzo Pereira, Triq ir-Repubblika,, VLT 1116 Valletta, Malta, 233 Republic St, Valletta, VLT, Malta,Valletta, Malta