L-Għargħar tal-Imwiet

Thu Oct 30 2025 at 07:30 pm to 08:30 pm

Knisja tal-Gizwiti, Triq il-Merkanti, Valletta, Malta | Valletta

The Jesuits' Church Foundation
Publisher/HostThe Jesuits' Church Foundation
L-G\u0127arg\u0127ar tal-Imwiet
Advertisement
(This event is in Maltese)
L-ewwel rakkont ta’ ġenoċidju nsibuh fil-Ġrajja tal-Għarġħar, fl-eqdem kitbiet li nstabu fil-Mesapotamja u li jmorru lura iktar minn erbat elef sena.
F’dis-serata se nisimgħu addattamenti għall-Malti ta’ numru ta’ rakkonti u miti minn dawn il-kulturi antiki mill-Babilojna, l-Assirja, is-Sumerja, u l-Akkadja, u li jittrattaw din il-ġrajja. Il-ħajja u l-mewt tal-umanità kollha mdendla ma’ deċiżjoni tal-allat, u l-kundanna tagħhom mifruxa fuq ras kulħadd. Wieħed biss, ma’ qrabatu, jintgħażel biex jibqa’ ħaj, u jħejji l-kenn mill-qerda għalih innifsu waqt li mdawwar b’dawk li għadhom ma jafux li se jitkaxkru mill-ilmijiet.
Ir-rakkonti minn żmien il-qedem waslulna mkissra, u r-rikostruzzjoni tagħhom hija dejjem mimlija rqajja’ ta’ skiet u għama. F’dan il-qari, illum, nerġgħu inħalltu l-fdalijiet imfarrka li
writna u ma’ dawk ġodda li qed noħolqu, sakemm isiru parti minn dalma u minn sikta waħda.
Kelliem:
Caldon Mercieca, kittieb
Dħul huwa b’xejn, iżda donazzjonijiet milqugħa.
Aċċess minn Triq l-Arċisqof.
Advertisement

Event Venue & Nearby Stays

Knisja tal-Gizwiti, Triq il-Merkanti, Valletta, Malta

Icon
Concerts, fests, parties, meetups - all the happenings, one place.

Ask AI if this event suits you: