Advertisement
6 atturi, xebgħa ideat, u ġgant letterarju.Grupp t’atturi jingħataw biċċa xogħol – dik li joħolqu tribut mill-aqwa lil Francis Ebejer, wieħed mill-ikbar kittieba li qatt kellha Malta. Iżda minn fejn jaqbdu jibdew? Mill-kitbiet tiegħu? Mill-ħajja tiegħu? Mill-ispirtu tiegħu?
Hekk kif l-atturi jipproponu l-ideat tagħhom u l-provi jinħakmu mill-ġenn u l-kummiedji ta’ bejniethom, it-tribut bħal donnu jieħu ħajja għalih u tisfuma d-distinzjoni bejn il-passat u l-preżent, l-attur u l-karattru, il-provi u t-tribut innifsu.
B’waqtiet umoristiċi u oħrajn imprevedibbli, dan żgur mhuwiex tribut tas-soltu. Se jirnexxilhom l-atturi, jew jistgħu jispiċċaw parti mill-ispettaklu bla ħsieb?
Dan hu Ebejer kif qatt ma esperjenzajtuh qabel.
Bis-sehem ta' Abigail Borg, Claire Piscopo, Deborah Saliba, James Caruana, Joseph Philip Micallef, Nicholas Frendo. B'kitba u direzzjoni ta' Clive Piscopo, u mużika Dominic Galea.
? Il-Ġimgħa 25 t'April, 8pm
?️ €18 | https://kreattivita.org/event/il-futur-inkiteb-ilbierah-tislima-lil-francis-ebejer-fl-okkazjoni-tal-100-sena-minn-twelidu/
?? Dan il-proġett huwa kummissjoni ta’ Spazju Kreattiv b'kollaborazzjoni ma' Theatre Lab Malta.
Advertisement
Event Venue & Nearby Stays
Spazju Kreattiv, Castille Place,Valletta, Malta
Tickets
Concerts, fests, parties, meetups - all the happenings, one place.