Iċ-Ċaħda - Taħdita Pubblika

Thu Mar 13 2025 at 07:00 pm to 09:00 pm UTC+01:00

Inquisitor's Palace - National Museum of Ethnography, Malta | Cospicua

Heritage Malta
Publisher/HostHeritage Malta
I\u010b-\u010aa\u0127da - Ta\u0127dita Pubblika
Advertisement
Il-wirja ‘Tradiment u Vendetta: Il-konġura tal-iskjavi tal-1749 f'19-il tpinġija storika', se tkun l-isfond għal taħdita pubblika minn Prof. Andrew Azzopardi, li se tgħinna naħsbu dwar ir-relevanza ta’ din il-ġrajja unika u temi relatati. It-taħdita se tittella' fil-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Birgu, nhar il-Ħamis 13 ta' Marzu fis-19:00.
Il-wirja tipprovdi opportunità unika biex nifhmu kif il-mekkaniżmi ta’ esklużjoni – ibbażati fuq razza, kulur, twemmin u klassi, fost oħrajn – donnhom imnissla minn bżonn li npoġġu lil xulxin f'kaxex, għadhom iħallu impatt fuq is-soċjetà tagħna sal-lum il-ġurnata.
Il-Palazz tal-Inkwiżitur, li fih innifsu huwa simbolu ta’ storja kkumplikata, juri kif it-tradimenti u l-vendetti ġew riflessi mhux biss f’sitwazzjonijiet politiċi imma wkoll fil-kuntest kulturali u soċjali ta’ pajjiżna. U allura f’din it-taħdita pubblika se nistaqsu: x’sehem għandu dan l-ispazju f’dinja moderna li tipprietka inklussività iżda għadha tħabbat wiċċha ma’ sfidi ġodda ta’ esklużjoni? X’jagħmilna differenti? Id-differenza tista’ tgħix flimkien?
Din id-diskussjoni, li se ssir bil-Malti, se tgħaqqad perspettivi fuq kif narrattivi storiċi u wirjiet bħal ‘Tradiment u Vendetta’ jgħinu biex nifhmu aħjar ir-relazzjonijiet kumplessi bejn id-differenza u s-sens ta’ appartenenza. Bi ħsieb u riflessjoni, it-taħdita toffri għodda biex naraw aktar ċar id-dimensjonijiet soċjali, politiċi u kulturali tas-soċjetà tagħna.
Il-biljetti jiswew €5 u għandhom jinqatgħu minn qabel minn fuq https://heritagemalta.mt/store/e1645/ jew mill-mużewijiet u s-siti ta' Heritage Malta, minħabba li l-postijiet huma limitati.
Advertisement

Event Venue & Nearby Stays

Inquisitor's Palace - National Museum of Ethnography, Malta, Main Gate street ,Vittoriosa, Cospicua, Malta

Tickets

Sharing is Caring:

More Events in Cospicua

Zabbar Nightwalk and Socializing
Fri, 14 Mar, 2025 at 08:00 pm Zabbar Nightwalk and Socializing

Zabbar Parish Church

Witchcraft and Blood in Birgu - Walking Tour
Wed, 26 Mar, 2025 at 07:00 pm Witchcraft and Blood in Birgu - Walking Tour

Triq it-8 ta' Dicembru

Night Walk and Socializing making friends
Fri, 11 Apr, 2025 at 08:00 pm Night Walk and Socializing making friends

Zabbar Parish Church

Cospicua is Happening!

Never miss your favorite happenings again!

Explore Cospicua Events