Advertisement
(This event is in Maltese)Bi pjaċir inħabbru l-ewwel mis-sensiela BELTIN għal dan l-istaġun. Din id-darba sejrin niltaqgħu mal-familja tal-Piċċinin - familja Beltija b'rabta kbira mal-istejjer tal-Belt Valletta.
Is-serata hi mibnija madwar il-ġrajjiet 'tan-nanna Annie' hekk kif miġbura min-neputija tagħha Anita Vassallo Piccinino fi ktejjeb 'Il-Ħajja tan-Nanna Tiegħi'. Annie għexet tul uħud mill-aktar ġrajjiet importanti tas-seklu 20 fosthom it-Tieni Gwerra Dinjija u l-kisba tal-Indipendenza. Dan l-istejjer jitfgħu dawl ġdid fuq il-ġrajjiet tal-Belt Valletta.
Din hi okkażżjoni biex tisimgħu dawn l-istejjer minn fomm il-familjari stess, u anke tingħaqdu magħhom fit-taħdita. Ikollkom ukoll iċ-ċans titgħallmu t-tifsira ta:
“Ħej mamà tini pisella, Apristinperjes, Diridiri denbi”
Iżda tkunu tafu aktar dakinhar!
Kelliema:
Anita Vassallo Piccinino (neputija
Carmen Dimech (l-ikbar tifla)
Victor Piccinino (iż-zgħir tal-familja)
Bis-sehem mużikali ta' Amber Bondin
Dħul B'XEJN iżda donazzjonijiet milqugħa.
Aċċess għall-Oratorju tal-Onorati minn Triq l-Arċisqof.
Advertisement
Event Venue & Nearby Stays
Knisja tal-Gizwiti, Triq il-Merkanti, Valletta, Malta