Advertisement
APPREZZAMENT TAX-XOGĦLIJIET TAL-ARTIST MATTIA PRETIKull nhar ta’ Tnejn, mit-30 ta’ Settembru 2024; mis-6pm sas-7.30pm
Hekk kif din is-sena qed jitfakkar it-315-il anniversarju mill-mewt tal-artist Mattia Preti, dawn is-sessjonijiet se jitfgħu dawl fuq il-kompetenza tiegħu fuq livell lokali u internazzjonali. Preti, mhux biss pitter, imma kultant ippjana l-kuntest tad-dekorazzjoni nnifisha. Kien artist, daqskemm kien ħassieb u skular. Dan kollu jidher l-aktar f’ħidmietu fil-gżejjer Maltin fejn għandu l-akbar u l-iprem attivita’. F’dawn it-taħdidiet se naraw xi xogħol tal-artist li, b’tema sagra jew f’postijiet sagri, b’enfasi lokali. Dan nieħduh f’kuntest t’ikonografija u ikonoloġija sagra, li tieħu spunt minn dak li kien qed iseħħ barra minn Malta, l-aktar fl-Italja ta’ wara l-Kontro Riforma. Il-parteċipanti se jkollhom l-opportunita’ li jżuru sit fejn l-artist kellu sehem doppju, u allura jifhmu aħjar dan kollu. Imexxi s-sessjonijiet is-Sur Raymond Saliba
Għar-reġistrazzjoni u aktar informazzjoni ċempel lil Roderick Agius, Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni AŻAD fuq 21220660 jew 99471549. Ibgħat email fuq [email protected] jew agħmel kuntatt fuq il-paġna ta' Facebook inkella żurna f'Palazzo Pereira, 224, Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta.
Advertisement
Event Venue & Nearby Stays
224, Palazzo Pereira, Triq ir-Repubblika,, VLT 1116 Valletta, Malta, 233 Triq ir-Repubblika, Valletta, VLT, Malta,Valletta, Malta